You are here

Punti ewlenin
12/09/2017

L-iskedi taʼ informazzjoni “Xogħol aktar sigur u li jieħu ħsieb is-saħħa fʼkull età” huma disponibbli fʼdiversi lingwi

Sommarji fil-qosor tas-sejbiet prinċipali taʼ proġett fuq tliet snin “Safer and healthier work at any age – occupational safety and health in the context of an ageing workforce (Xogħol aktar sigur u li jieħu ħsieb is-saħħa f’kull età – is-saħħa u s-sigurtà fil-kuntest ta’ forza tax-xogħol li qed tixjieħ)” issa huma disponibbli fʼ19-il lingwa.

L-iskedi taʼ informazzjoni jagħtu ħarsa lejn il-benefiċċji li ħaddiema mdaħħla aktar fl-età jġibu fl-organizzazzjonijiet, ir-riskji addizzjonali li n-nisa jiltaqgħu magħhom fuq il-post tax-xogħol, is-sistemi għar-riabilitazzjoni u r-ritorn għax-xogħol li hemm fis-seħħ fl-Ewropa kollha.

Jipprovdu wkoll ħarsa ġenerali tal-politiki u l-istrateġiji li għandhom l-għan li jsostnu l-forza tax-xogħol li qed tixjieħ tal-Ewropa.

Niżżel l-iskedi taʼ informazzjoni u skopri l-bqija tas-suġġetti esplorati

Xogħol aktar sigur u li jieħu ħsieb is-saħħa f'kull età: Rapport ġenerali taʼ analiżi finali

Sir af aktar dwar il-proġett ‘Xogħol aktar sigur u li jieħu ħsieb is-saħħa fʼkull età’