You are here

Punti ewlenin
02/05/2017

Valutazzjoni tar-riskju online - ara l-vidjo l-ġdid taʼ Napo

Napo jinsab fuq missjoni biex jikkonvinċi lill-kap tiegħu li, grazzi għall-OiRA, qatt maʼ kien daqshekk faċli li titwettaq valutazzjoni tar-riskju. Flimkien huma jidentifikaw u jevalwaw is-sigurtà okkupazzjonali u r-riskji għas-saħħa u jieħdu l-azzjonijiet preventivi tajbin.

Bl-użu tal-Valutazzjoni tar-Riskju Interattiva Online - OiRA, il-kumpaniji żgħar u mikro jistgħu jibdew jiġġestixxu r-riskji għas-sigurtà u s-saħħa, billi jsegwu l-eżempju taʼ Napo. Madwar 120 għodda tal-OiRA online huma diġà disponibbli għall-użu. Huma mfasslin apposta għal 60 settur taʼ attività u okkupazzjoni u jistgħu jintużaw fʼmill-inqas 15-il pajjiż. Ħafna oħrajn qegħdin jiġu żviluppati.

Ingħaqad maʼ Napo u agħmel il-valutazzjoni tar-riskju tiegħek online issa!

Ara l-vidjo

Żur is-sit web tal-OiRA