You are here

Punti ewlenin
12/02/2019

Il-Valutazzjoni tar-Riskju b’OiRA għall-parrukkiera spjegata f’vidjo ġdid

L-EU-OSHA ingħaqdet mas-settur tal-parrukkieri tal-Ewropa biex tipproduċi vidjo ġdid li juri kif jistgħu jitnaqqsu r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol bl-għajnuna tal-OiRA, l-għodda ta’ Valutazzjoni tar-Riskju Interattiva Online. Il-vidjo jikkumplimenta infografija ppubblikata reċentement dwar il-valutazzjoni tar-riskju bl-OiRA.

Il-parrukkiera jiffaċċjaw varjetà ta’ riskji bħal kwistjonijiet muskoloskeletali relatati mal-qagħdiet waqt ix-xogħol u l-problemi tal-ġilda minħabba xogħol li jinvolvi l-użu tal-ilma u l-maniġġ tal-kosmetiċi. L-għodod OiRA joffru soluzzjonijiet bla ħlas u faċli biex jiġu applikati għal dawn it-theddidiet ta' kuljum għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol .

Il-vidjo tal-parrukkiera u l-għodda OiRA ġew żviluppati b'kollaborazzjoni mas-sħab soċjali settorjali tal-UE coiffure u UniEuropa.

Il-vidjo huwa sottotitolat fil-lingwi tal-pajjiżi fejn diġà teżisti għodda tal-parrukkiera OiRA.

Ara l-vidjo, l-infografija u l-għodod disponibbli.

Għinna nikkontribwixxu għal postijiet tax-xogħol aktar siguri u li jagħtu kas aktar tas-saħħa billi tikkondividi l-hashtag #OiRAtools.