Punti ewlenin
17/09/2019

Ħarġu r-riżultati! Ir-rebbieħa tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu’ l Quddiem is-Saħħa jimmaniġġjaw b’suċċess sustanzi perikolużi

Sitt organizzazzjonijiet ġew ippremjati u erba’ ġew imfaħħra fl-14-il skema ta’ Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa tal-EU-OSHA.

Il-kompetizzjoni 2018-19 tenfasizza prattika tajba fil-ġestjoni ta’ sustanzi perikolużi, u tirrikonoxxi organizzazzjonijiet li jieħdu approċċ proattiv u parteċipattiv biex jivvalutaw ir-riskji u jimplimentaw soluzzjonijiet.

Kull organizzazzjoni — hu x’inhu d-daqs jew is-settur — tista’ titgħallem xi ħaġa mill-eżempji magħżula. Iċċekkja l-ktejjeb tagħna tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba biex tkun taf aktar.

Aqra l-istqarrija għall-istampa

Aqra aktar dwar l-applikazzjonijiet ippremjati u mfaħħra fil-Ktejjeb tal-Premijiet ta’ Prattika Tajba

Żur is-sit web tal-kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużi