You are here

Punti ewlenin
07/12/2018

Ir-riskji psikosoċjali, l-istress u d-disturbi muskoloskeletali - gwida prattika għan-negozji ż-żgħar

X'aktarx li l-ħaddiema fl-Ewropa jesperjenzaw aktar konsegwenzi negattivi tar-riskji psikosoċjali, tal-istress jew tad-disturbi muskoloskeletali (MSDs) minn kwalunkwe problema tas-saħħa oħra relatata max-xogħol. Dawn il-kwistjonijiet għandhom konsegwenzi serji għall-individwi u għan-negozji, u ta’ spiss iwasslu għal perjodi twal ta’ liv minħabba mard.

B’mod partikolari, in-negozji mikro u żgħar jistgħu jsibuha diffiċli biex jindirizzaw dawn il-problemi, u kien għalhekk li nħolqot gwida prattika. Tistipula proċess f’ħames stadji għat-titjib tal-ambjent tax-xogħol, b’bosta suġġerimenti prattiċi, tekniki faċli biex jintużaw u pariri mhux komplikati biex jgħinu lin-negozji ż-żgħar jipprevjenu u jimmaniġġjaw ir-riskji psikosoċjali, l-istress u l-MSDs.

Niżżel il-gwida

Ara t-taqsimiet tematiċi tagħna dwar l-istress u r-riskji psikosoċjali u dwar id-disturbi muskoloskeletali