Punti ewlenin
Lura għall-punti ewleninNipproteġu lil dawk li jipproteġuna: nipprijoritizzaw lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa u tal-kura soċjali
Image

© DC Studio - stock.adobe.com
It-taqsima web tematika l-ġdida tagħna dwar Is-settur tas-saħħa u tal-kura soċjali u s-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH) issa ġiet ippubblikata!
Din tipprovdi introduzzjoni għar-riċerka li għaddejja dwar kif jistgħu jinkisbu postijiet tax-xogħol sikuri u li jġibu ’l quddiem is-saħħa għall-professjonisti fis-settur.
It-taqsima se tiġbor is-sejbiet ewlenin tal-proġett ta’ riċerka tal-EU-OSHA dwar “Is-saħħa u l-kura soċjali u l-OSH”. Din se tiġi aġġornata regolarment u timtela b’riżorsi u pubblikazzjonijiet ġodda.
Ejjew niżguraw li qed nieħdu ħsiebhom sew il-ħaddiema f’dan is-settur essenzjali — agħtiha titwila issa!