You are here

Punti ewlenin
14/03/2018

Prevenzjoni tal-mard relatat max-xogħol: l-EU-OSHA tniedi taqsima ġdida tas-sit web

Skont stimi riċenti, il-mard relatat max-xogħol jammonta għal madwar 200,000 mewta kull sena fl-Ewropa. Il-problemi ta’ saħħa u l-korrimenti relatati max-xogħol qegħdin jiswew lill-Unjoni Ewropea EUR 476 biljun fis-sena li jistgħu jiġu ffrankati bi strateġiji, politiki, u prattiki ta’ saħħa u sikurezza okkupazzjonali (OSH) tajbin. Sensibilizzazzjoni dwar dan il-mard, inklużi kanċers relatati max-xogħol, hija prijorità għall-EU-OSHA.

Ir-riċerka tal-EU-OSHA għandha l-għan li tipprovdi bażi ta’ evidenza għall-politika u tgħin fil-kondiviżjoni ta’ prattiki tajbin dwar il-prevenzjoni u r-riabilitazzjoni. Ir-riċerka riċenti tal-EU-OSHA ffukat fuq is-sistemi ta’ twissija u ta’ kontroll fl-OSH, il-mard relatat max-xogħol minn aġenti bijoloġiċi, u r-riabilitazzjoni u r-ritorn tal-ħaddiema għax-xogħol wara kura tal-kanċer.

Aqra aktar dwar il-proġetti tal-EU-OSHA dwar mard relatat max-xogħol fit-taqsima l-ġdida tas-sit web