Punti ewlenin
09/06/2020

Il-prevenzjoni ta’ MSDs relatati max-xogħol: lezzjonijiet mir-riċerka u l-prattika tajba

© iStock.com/andresr

Rapport ġdid jiġbor fil-qosor is-sejbiet tal-proġett pluriennali tal-EU-OSHA li jesplora r-riċerka, il-politika u l-prattika dwar il-prevenzjoni ta’ disturbi muskoloskeletali (MSDs) relatati max-xogħol, li għandu l-għan li jappoġġa l-iżvilupp ta’ strateġiji biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni ferm prevalenti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol fl-Ewropa.

Jidentifika għadd ta’ lakuni fil-livelli tal-politika u tal-postijiet tax-xogħol, u jispjega għalfejn l-MSDs relatati max-xogħol għadhom problema maġġuri minkejja l-isforzi biex jiġu prevenuti. Jagħmel ukoll rakkomandazzjonijiet dwar kif għandhom jiġu indirizzati n-nuqqasijiet f’approċċi attwali, u jidentifika bħala ewlenin il-leġiżlazzjoni speċifika u l-gwida dwar l-implimentazzjoni, il-fokus fuq il-valutazzjoni tar-riskju, il-prevenzjoni u l-ergonomija, il-kondiviżjoni ta’ prattika tajba u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema.

Sir af aktar mir-rapport sħiħ u mis-sommarju Disturbi muskoloskeletali relatati max-xogħol: mir-riċerka għall-prattika. X’nistgħu nitgħallmu?

Żur il-paġna web dedikata dwar ir-riċerka tagħna fuq MSD relatat max-xogħol.