Il-prevenzjoni ta’ disturbi muskoloskeletali fis-settur tal-kostruzzjoni

© EU-OSHA / David Tijero Osorio
Iċ-ċaqliq ta’ tagħbijiet, qagħdiet strambi u vibrazzjonijiet mill-makkinarju kollha jħallu impatt fuq il-ġisem: għaldaqstant mhijiex sorpriża li l-ħaddiema fil-kostruzzjoni jiffaċċjaw riskju li dejjem jiżdied li jiżviluppaw disturbi muskoloskeletali (MSDs).
Dokument ta’ diskussjoni ġdid jesplora din il-kwistjoni u jħares lejn l-importanza ta’ valutazzjoni effettiva tar-riskji.
Jixħet ukoll id-dawl fuq il-progress li qed isir fl-Italja, fejn l-awtorità tas-sigurtà tax-xogħol INAIL qed tipprovdi skema ta’ inċentivi għall-merkanzija ta’ operazzjonijiet manwali u taġġorna t-tagħmir, biex b’hekk jitnaqqsu l-fatturi tar-riskji tal-MSDs fis-settur.
Aqra d-dokument ta’ diskussjoni
Sir af aktar dwar ir-riskji għas-sigurtà fil-konstruzzjoni u l-prevenzjoni f’OSHwiki
Żur Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jħaffu l-Piż u t-taqsima tal-web dedikata għall-MSDs




