Punti ewlenin
05/06/2019

Infakkru l-25 sena mit-twaqqif tal-EU-OSHA u n-netwerk ta’ sħab tagħha

© EU-OSHA / Fernando Aramburu Garrido

L-EU-OSHA u n-netwerk estensiv ta’ sħab tagħha jiltaqgħu flimkien f’Bilbao fil-5 ta’ Ġunju biex jiċċelebraw il-ħidma flimkien b’suċċess matul dawn l-aħħar 25 sena għal Ewropa sikura u sana.

Id-diskorsi u ż-żewġ panels ta’ diskussjoni jagħtu lil min se jattendi l-opportunità li jirrifletti dwar l-ewwel 25 sena tal-EU-OSHA — mit-twaqqif tagħha għall-ħolqien ta’ sħubiji pan-Ewropej — u dwar l-isfidi futuri għas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali fl-Ewropa.

Id-Direttur Eżekuttiv tal-EU-OSHA Christa Sedlatschek bi pjaċir se tiċċelebra dan l-anniversarju importanti mal-ħbieb u mal-kollaboraturi, kif ukoll ma’ dinjitarji Ewropej, nazzjonali u lokali.

Streaming dirett disponibbli nhar l-Erbgħa 5 ta’ Ġunju fit-15.30 CET

Aqra l-istqarrija tal-aħbarijiet tagħna dwar l-avveniment tal-25 anniversarju biex tiskopri aktar

Żur it-taqsima ddedikata fuq il-web tagħna biex iżżomm ruħek aġġornat maċ-ċelebrazzjonijiet tal-25 anniversarju tagħna