You are here

Punti ewlenin
06/03/2018

L-Imsieħba għandhom ikunu lesti għall-kampanja tal-Ġestjoni ta’ Sustanzi Perikolużi

It-tnedija tal-Kampanja għall-2018-19 — Postijiet tax-Xogħol Li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa billi Jiġġestixxu Sustanzi Perikolużi — dalwaqt magħna. Il-laqgħa tas-sħubija tal-kampanja tal-EU-OSHA fi Brussell fl-20 ta’ Marzu tlaqqa’ l-organizzazzjonijiet u l-kumpaniji Ewropej u internazzjonali u l-imsieħba tal-midja li jixtiequ jsiru msieħba fil-kampanja jew iġeddu s-sħubija tagħhom.

L-attività hija opportunità ideali għalihom biex jinnetwerkjaw u jiskambjaw l-ideat dwar kif ser jippromwovu b’mod attiv l-għanijiet tal-kampanja permezz tal-attivitajiet tagħhom.

Ara l-aġenda u sir af aktar dwar is-sħubiji tal-kampanja