Aktar minn 90 sieħeb mill-Ewropa kollha jikkooperaw biex joħolqu futur tax-xogħol diġitali sigur u li jġib ’il quddiem is-saħħa

Image

© EU-OSHA

Organizzazzjonijiet minn diversi setturi u li joperaw fil-livell pan-Ewropew iffirmaw għall-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa tal-2023-25 bħala sħab uffiċjali tal-kampanja. Dawn il-kumpaniji u l-assoċjazzjonijiet, mid-dominju pubbliku u privat, għandhom rwol kruċjali biex jixprunaw is-suċċess tal-kampanja permezz ta’ attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, kooperazzjoni u innovazzjoni.

Dawn jingħaqdu mal-punti fokali tal-EU-OSHA, mal-ambaxxaturi tal-EEN OSH u mal-imsieħba tal-media li huma sħab ewlenin tal-kampanja fil-livell nazzjonali.

Is-sħab kollha huma impenjati li jippromwovu xogħol diġitali sigur u li jġib ’il quddiem is-saħħa, u l-appoġġ tagħhom huwa essenzjali biex jiġi żgurat il-benesseri tal-ħaddiema f’post tax-xogħol diġitalizzat.

Tgħallem dwar is-sħab uffiċjali tal-kampanja fl-istqarrija għall-aħbarijiet.

Sir af il-firxa sħiħa tas-sħab tal-kampanja