Punti ewlenin

Back to highlights

Il-proġett OSHVET: l-integrazzjoni tas-saħħa u s-sigurtà fit-taħriġ vokazzjonali

Image

© EU-OSHA / Michel Wielick

It-trawwim ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-importanza tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) fil-bidu nett ta’ karriera huwa essenzjali għal ħajja tax-xogħol sostenibbli. F’taqsima ġdida fuq il-web, l-EU-OSHA tispjega x’qed tagħmel biex tippromwovi s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fost l-għalliema u l-istudenti fl-edukazzjoni u fit-taħriġ vokazzjonali (VET).

Il-proġett OSHVET għandu l-għan li jagħmel kuntatt mal-iskejjel VET madwar l-UE, l-EFTA u l-pajjiżi tal-adeżjoni, jipprovdi informazzjoni prattika u riżorsi, u jorganizza attivitajiet u avvenimenti.

Ara t-taqsima fuq il-web biex issir taf aktar dwar il-proġett u r-rwol tal-punti fokali nazzjonali tal-EU-OSHA u s-sħab Ewropej — l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Istituti għat-Taħriġ Vokazzjonali u l-Forum Ewropew tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Tekniċi u Vokazzjonali.

Żur it-taqsima fuq il-web issa

Ara Napo għall-għalliema

Sib aktar informazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà taż-żgħażagħ

Share this on: