Punti ewlenin
07/08/2019

Ir-riskji tal-OSH u kif tipprevjenihom: 25 sena ta’ sensibilizzazzjoni

Is-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji li jiffaċċjaw il-ħaddiema u kif jipprevenuhom huwa punt ċentrali għall-missjoni tal-EU-OSHA. Tul dawn l-aħħar 25 sena, l-Aġenzija u l-imsieħba tagħha ġew f’kuntatt ma’ udjenzi fil-mira permezz tal-Kampanja għall-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa, il-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol u ħafna attivitajiet oħra ta' sensibilizzazzjoni.

Il-kuntatt ma’ udjenzi fil-mira huwa imperattiv għas-suċċess ta’ dawn l-isforzi biex titrawwem sensibilizzazzjoni, u l-promozzjoni ta’ prattiki ta’ saħħa u sigurtà tajba fil-postijiet tax-xogħol fl-Ewropa. Napo — il-maskot ċajtier tal-OSH — jagħmel eżatt hekk, permezz ta’ serje ta’ films silenzjużi b’approċċ umoristiku li fl-istess ħin jgħaddu messaġġi importanti.

Aqra l-artiklu l-ġdid tagħna biex tkun taf aktar dwar l-isforzi tal-EU-OSHA biex titrawwem sensibilizzazzjoni

Sir af aktar dwar il-Kampanja tagħna dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa

Tgħallem aktar dwar Napo u l-konsorzju tal-organizzazzjonijiet tal-OSH li hemm wara l-films