Punti ewlenin
01/06/2020

Barometru tal-OSH: għodda interattiva biex tiskopri l-istatus tal-OSH fl-Ewropa

© EU-OSHA

Il-Barometru tal-OSH huwa l-ewwel għodda ta’ viżwalizzazzjoni tad-data b'informazzjoni aġġornata dwar l-istatus u x-xejriet tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH) fil-pajjiżi Ewropej.

L-għodda tikkonsisti f’erba’ gruppi ta’ indikaturi fuq firxa ta’ suġġetti tal-OSH, bħall-awtoritajiet tal-OSH, strateġiji nazzjonali, kundizzjonijiet tax-xogħol u statistika tal-OSH. Tista’ tivviżwalizza u tqabbel din id-data, tiġġenera grafika u tniżżel rapporti dwar suġġetti speċifiċi.

Il-Barometru tal-OSH huwa aġġornat regolarment b’indikaturi ġodda, data u karatteristiċi.

Esplora l-għodda tal-Barometru tal-OSH