You are here

Punti ewlenin
07/11/2017

L-ekonomija tal-pjattaforma online - sfidi u soluzzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali

It-tkabbir mgħaġġel tal-ekonomija tal-pjattaforma online qed jirriżulta f’żieda fil-forom tax-xogħol mhux standard, bħax-xogħol okkażjonali, xogħol fuq talba u impjieg ta’ xi ħadd għal rasu li huwa dipendenti fuq il-klijenti tiegħu. Filwaqt li l-pjattaformi online jistgħu jżidu l-opportunitajiet għall-aċċess tax-xogħol; ix-xogħol tal-pjattaforma jista’ jirriżulta f’riskji tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH) fiżiċi u psikosoċjali għall-ħaddiema.

Rapport ġdid iħares lejn dawn l-isfidi u jeżamina l-politiki u r-regolamenti fis-seħħ jew li qed jiġu żviluppati - fi Stati Membri u fil-livell tal-UE - biex jiġu indirizzati dawn ir-riskji.

Dan ir-rapport huwa ppreżentat fil-Ġurnata Tematika tal-SLIC u fil-konferenza dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali ġewwa Tallinn fis-7/8 ta’ Novembru, fil-qafas tal-Presidenza Estonjana tal-UE.

Aqra r-rapport sħiħ Il-protezzjoni tal-ħaddiema fl-Ekonomija tal-Pjattaforma Online: Ħarsa ġenerali lejn l-iżviluppi regolatorji u ta’ politika fl-UE

Niżżel is-sommarju

Sib aktar informazzjoni dwar l-avveniment “Forom ġodda tax-Xogħol u tas-Saħħa u s-Sikurezza Okkupazzjonali”