You are here

Punti ewlenin
02/03/2017

Sit web interattiv online għall-Valutazzjoni tar-Riskju — b'bixra ġdida għall-2017!

Kemm jekk int involut(a) fil-ġestjoni tar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol kif ukoll jekk inti membru tal-komunità tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, hemm xi ħaġa għalik fuq is-sit web tal-OiRA aġġornat.

Ser issib firxa ta' għodda għall-mikrointrapriżi u għall-intrapriżi żgħar, magħmula apposta għal setturi u pajjiżi speċifiċi, u bl-interfaċċa faċli għall-utent il-ġdida inti se ssib faċilment l-aħjar għodda biex tgħinek twettaq valutazzjoni tar-riskju. It-taqsimiet il-ġodda jinkludu 'Riżorsi promozzjonali', li joffru firxa ta' materjali, inkluż infografiċi, skedi informattivi u vidjos, li jistgħu jitniżżlu bla ħlas u li jistgħu jintużaw biex jippromwovu l'OiRA lill-intrapriżi.

Esplora s-sit web b'bixra ġdida issa!