Punti ewlenin
13/12/2019

Hekk kif tagħlaq Kampanja waħda dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu’ l Quddiem is-Saħħa ... tkun qed titħejja oħra

photo: Gerd Altmann via pixabay.com

Wara summit tal-għeluq ta’ kampanja li rnexxiet, l-EU-OSHA tixtieq tirringrazzja lill-imsieħba kollha talli ħadu sehem fil-kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużi tal-2018-19. Il-kampanja kienet effettiva ħafna grazzi għax-xogħol iebes tagħhom.

It-tħejjijiet għall-kampanja li jmiss diġà mexjin sew. Il-kampanja 2020-22 — Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jtaffu t-Tagħbija — tindirizza l-mard muskoloskeletali (MSDs), problema persistenti li taffettwa miljuni ta’ ħaddiema madwar l-Ewropa.

Sir af aktar dwar il-kampanja l-ġdida

Ikkonsulta r-riżorsi relatati mal-MSDs l-aktar riċenti tagħna