Punti ewlenin
07/11/2019

OiRA: il-valutazzjoni tar-riskju b’mod sempliċi

Il-pjattaforma għall-Valutazzjoni tar-Riskju Interattiva Online tal-EU-OSHA - OiRA - kienet kisba kbira fil-25 sena tal-Aġenzija għall-promozzjoni u l-iffaċilitar ta’ valutazzjoni u ġestjoni tar-riskju effettivi fuq il-post tax-xogħol.

Il-pjattaforma li hi bbażata fuq il-web u hi faċli għall-utent tgħin lin-negozji minn madwar l-Ewropa, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u mikro (MSEs), jivvalutaw u jimmaniġġjaw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) f’firxa ta’ setturi u f’bosta lingwi Ewropej.

L-OiRA kienet instrumentali fl-għajnuna lill-EU-OSHA u lis-sħab tagħha biex jilħqu lill-MSEs u jtejbu s-sigurtà u s-saħħa.

Aqra l-artiklu tagħna fl-okkażjoni tal-25 anniversarju dwar is-suċċess tal-proġett tal-OiRA

Sir af aktar dwar l-OiRA u skopri l-għodda u l-materjali l-aktar reċenti 

Segwi #OiRAtools fuq il-midja soċjali