You are here

Punti ewlenin
29/03/2018

L-OiRA tgħin fil-ġestjoni tar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà fis-setturi tat-trasport bit-triq u r-ristoranti fi Franza

Studju ta’ każ ġdid OiRA (Valutazzjoni tar-Riskji Interattiva Online) jenfasizza sħubiji, komunikazzjoni ċara u inċentivi bħala fatturi ewlenin għal żvilupp u implimentazzjoni b'suċċess tal-għodod għas-setturi Franċiżi tat-trasport bit-triq u tar-ristoranti.

Fi Franza, l-għodod OiRA ġew żviluppati għal setturi b'livelli għoljin ta’ inċidenti u mard fuq il-post tax-xogħol u b'fokus fuq l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (MSEs). Dawn jinkludu l-industriji tatt-trasport bit-triq u tar-ristoranti, li huma ddominati mill-MSEs.

Kważi terz tal-MSEs kollha fis-settur tat-trasport diġà vvalutaw ir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà bl-għodda OiRA. Huwa mistenni li aktar u aktar negozji żgħar se jibbenefikaw mill-OiRA.

Tgħallem dwar il-fatturi ta’ suċċess tal-approċċ Franċiż

Esplora l-għodod OiRA fi Franza

Sieħeb tal-OiRA fi Franza (bil-Franċiż)

Jekk jogħġbok xerred l-aħbar u kkondividi l-għodod tagħna permezz tal-hashtag #OiRAtools