Punti ewlenin
30/01/2020

Aħbarijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali fl-Ewropa kollha - imwassla minn OSHmail f’aktar minn 200 edizzjoni!

AlexanderStein via Pixabay

Kull xahar, il-kompilazzjoni multilingwi tal-aħbarijiet online dwar is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali (OSH) tilħaq eluf ta’ abbonati madwar l-Ewropa permezz tal-OSHmail, il-bullettin elettroniku tagħna.

Grazzi mill-qalb lill-abbonati kollha tagħna tal-fiduċja tagħhom, l-interess kontinwu fl-OSH u l-motivazzjoni biex jaħdmu flimkien magħna sabiex nippromwovu postijiet tax-xogħol aktar sikuri u aktar b’saħħithom fl-Ewropa.

Jekk għad ma kellekx iċ-ċans li taqra OSHmail, agħti titwila lejn l-aħħar edizzjonijiet tagħha.

Ikkunsidra li tabbona fil-bullettin tagħna. Dan huwa bla ħlas u jintbagħat direttament fl-indirizz email tiegħek kull xahar.

Ingħaqad fil-komunità ta’ OSH tagħna issa!