Punti ewlenin
10/09/2020

L-exoskeletri fuq il-post tax-xogħol — x’jistgħu jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-MSD?

Source: XoTrunk – INAIL/Italian Institute of Technology (IIT) project on collaborative exoskeletons

L-exoskeletri fuq il-post tax-xogħol huma apparat ta’ appoġġ li jintlibes li jistgħu jnaqqsu l-istrapazz fiżiku fuq il-post tax-xogħol. Dawn jistgħu joffru soluzzjoni fejn miżuri ta’ disinn tekniċi, organizzattivi jew ergonomiċi oħrajn ma jkunux biżżejjed. Madankollu, l-użu tagħhom għadu limitat. Disinn iċċentrat fuq il-bniedem u valutazzjoni tar-riskju bijomekkaniku huma kruċjali biex jiġu żgurati l-aċċettazzjoni u l-użu usa’ ta’ dan l-apparat, u l-effikaċja tiegħu fil-prevenzjoni tal-MSD.

Artikolu ġdid jesplora s-sejbiet ta’ proġett konġunt INAIL-IIT li jħares lejn l-exoskeletri u kif il-potenzjal tagħhom jista’ jiġi massimizzat biex jitnaqqsu l-MSDs relatati max-xogħol.

Niżżel id-dokument ta’ diskussjoni dwar l-exoskeletri fuq il-post tax-xogħol u l-prevenzjoni tal-MSD

Esplora l-impatt tal-exoskeletri fuq is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol

Tgħallem aktar dwar ir-riċerka dwar l-MSD tal-EU-OSHA