Issa l-OiRA tista’ tgħin biex tiġi indirizzata l-vjolenza minn partijiet terzi fuq il-post tax-xogħol

Image

© EU-OSHA

Il-vjolenza minn partijiet terzi, bħal klijenti, pazjenti, studenti jew membri tal-pubbliku għandha impatt fuq firxa wiesgħa ta’ setturi u okkupazzjonijiet.

Qed inniedugħodda ta’Valutazzjoni tar-Riskju Interattiva Online (OiRA) biex tgħin lill-intrapriżi jidentifikaw u jimmaniġġjaw ir-riskji għas-sikurezza u s-saħħa assoċjati mal-vjolenza minn partijiet terzi, u jimplimentaw miżuri preventivi xierqa biex jissalvagwardjaw il-ħaddiema tagħhom.

L-għodda toffri interfaċċa aċċessibbli u faċli għall-utent iddisinjata biex tiffaċilita proċedura ta’ valutazzjoni tar-riskju mfassla apposta fi kwalunkwe ambjent tal-post tax-xogħol, filwaqt li timxi mal-leġiżlazzjoni u l-linji gwida rilevanti tal-UE.

Is-sħab nazzjonali tal-OiRA tagħna huma mistiedna jadattaw l-għodda jew iqisu l-informazzjoni meta jiżviluppaw għodod settorjali.

Esplora l-għodda

Tgħallem dak kollu li teħtieġ tkun taf dwar OiRA