You are here

Punti ewlenin
10/04/2018

Rapport ġdid dwar ir-riskji maħluqa minn kontejners tal-vapuri ffumigati

Rapport ġdid mill-UE-OSHA jenfasizza r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà għall-ħaddiema fil-portijiet li jiġu f'kuntatt ma’ kontejners tal-vapuri ffumigati. Rakkomandazzjoni ewlenija hija li tingħata prijorità lill-valutazzjonijiet tar-riskju qabel ma jinfetħu l-kontejners u li tiġi infurzata l-leġiżlazzjoni dwar l-ittikkettjar tal-kontejners.

Ir-rapport jirrieżamina l-leġiżlazzjoni u jidentifika n-nuqqasijiet fl-għarfien eżistenti f'dan il-qasam. Jipprovdi wkoll eżempji prattiċi u strateġiji preventivi biex jittejbu l-prattika attwali u s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.

Aqra l-istqarrija għall-aħbarijiet

Iċċekkja r-rapport sħiħ u aqra artikolu tal-OSHwiki

Niżżel preżentazzjoni dwar ir-rapport