Punti ewlenin
04/06/2020

L-għodda ġdida OiRA tappoġġa l-valutazzjoni tar-riskju fuq il-post tax-xogħol għall-COVID-19

Hekk kif bdew jitnaqqsu r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 fl-Ewropa kollha, ħafna kumpaniji u organizzazzjonijiet qed jippjanaw kif jirritornaw b’mod sikur lejn il-post tax-xogħol. Il-pjattaforma tal-Valutazzjoni tar-Riskju Interattiva Online – OiRA tal-EU-OSHA – żviluppat għodda mfassla apposta biex tappoġġa dan il-proċess.

L-għodda interattiva tista' tgħin fl-identifikazzjoni, fil-valutazzjoni u fil-ġestjoni tar-riskji maħluqa mill-COVID-19, biex jiġi żgurat li l-ħaddiema jerġgħu lura għal ambjent sikur u tajjeb għas-saħħa. Tkopri firxa ta’ sitwazzjonijiet, inkluż x’għandu jsir jekk ħaddiem ikollu s-sintomi tal-COVID-19, kif jiġi ggarantit id-distanzjar fiżiku fuq il-post tax-xogħol u l-ġestjoni ta’ fornituri esterni tas-servizzi.

L-għodda OiRA tal-COVID-19 hija disponibbli għall-imsieħba nazzjonali tal-OiRA għall-adattament għar-regolamentazzjoni u s-sitwazzjonijiet nazzjonali tagħhom. Xi setturi ta’ attività se jkollhom jikkomplementaw dawn ir-rakkomandazzjonijiet tal-OiRA b’rekwiżiti aktar adattati.

Ipprova l-għodda tal-valutazzjoni tar-riskju OiRA tal-COVID-19

Żur il-paġna tal-COVID-19 iddedikata tagħna għal aktar riżorsi u gwida speċifika skont is-settur