Punti ewlenin
21/03/2019

Dokument ta’ informazzjoni dwar nanomaterjali manifatturati — il-verżjonijiet tal-lingwi issa huma disponibbli

Biex tintrabat mal-kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ‘l Quddiem is-Saħħa Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużi, l-EU-OSHA ħolqot dokument ta’ informazzjoni dwar suġġett importanti f’dan il-qasam.

Nanomaterjali manifatturati fuq il-post tax-xogħol tipprovdi informazzjoni u pariri dwar il-ġestjoni tar-riskji kkawżati minn din it-teknoloġija li qiegħda tiżviluppa b’ritmu mgħaġġel. In-nanomaterjali jintużaw f’diversi oqsma, u jistgħu jkollhom firxa ta’ effetti tossiċi. Dan id-dokument ta’ informazzjoni jippreżenta l-fatti ewlenin u issa huwa disponibbli fi 17-il lingwa.

Żur is-sit web Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l Quddiem is-Saħħa Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużi u niżżel id-dokument ta’ informazzjoni fil-lingwa tiegħek.