Punti ewlenin
Lura għall-punti ewleninIndikaturi u funzjonalitajiet ġodda li għandhom jiġu skoperti fl-għodda tal-Barometru tal-OSH

Huwa aktar faċli minn qatt qabel li wieħed jinnaviga l-għodda għall-viżwalizzazzjoni tad-data tal-Barometru tal-OSH għall-istat tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH) fl-Ewropa. L-indikaturi ewlenin tal-OSH issa huma maqsuma u miġbura skont “Inċidenti, mard u benesseri” u “Kundizzjonijiet tax-xogħol u prevenzjoni”. L-indikatur il-ġdid dwar il-mard relatat max-xogħol jagħti l-istimi internazzjonali l-aktar reċenti tal-impatt tax-xogħol fuq gruppi ewlenin ta’ mard għall-UE-27. L-għodda aġġornata issa toffri ukoll informazzjoni dwar regolamentazzjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali u programmi li jittrattaw l-OSH.
Fl-aħħar nett, id-data nazzjonali tista’ tiġi mqabbla ma’ pajjiż ieħor jew tnejn kif ukoll mas-snin preċedenti. L-utenti jistgħu jiġġeneraw ukoll grafiċi u jniżżlu rapport tad-data kollha għal kull pajjiż.
Aċċessa l-Għodda għall-viżwalizzazzjoni tad-data tal-Borometru tal-OSH