You are here

Punti ewlenin
12/03/2018

Analiżi ESENER-2 ġdida tenfasizza disparità fil-ġestjoni tar-riskji tas-saħħa u tas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol

Rapport ġdid li janalizza s-sejbiet tat-tieni Stħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER-2) jagħti ħarsa ġenerali tal-prattika Ewropea tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (OSH). Ir-rapport jenfasizza li, għalkemm riskji ta’ sikurezza okkupazzjonali tradizzjonali huma fil-biċċa l-kbira tagħhom indirizzati sew madwar l-Ewropa kollha, ir-riskji psikosoċjali u dawk tas-saħħa mhumiex ġestiti daqshekk tajjeb. Hemm bżonn li x-xejriet attwali jiġu estiżi biex jindirizzaw b’mod aktar komprensiv ir-riskji psikosoċjali u dawk tas-saħħa bħala parti minn prattika tal-OSH tajba.

Ir-rapport jinnota li impenn b'saħħtu mill-maniġment, mir-rappreżentazzjoni tal-ħaddiema u mir-riżorsi disponibbli, kemm dawk finanzjarji kif ukoll il-persunal, jagħmlu differenza sinifikanti fl-implimentazzjoni ta’ prattika tal-OSH tajba mid-ditti. Ditti akbar u dawk fis-setturi tal-produzzjoni u tal-manifattura ġeneralment juru livelli ogħla ta’ implimentazzjoni tal-ġestjoni tal-OSH - madankollu, anke f’dawn l-organizzazzjonijiet, il-fokus xorta għadu prinċipalment fuq ir-riskji tradizzjonali tas-sikurezza milli fuq il-fatturi psikosoċjali jew dawk tas-saħħa.

Ir-rapport jidentifika sinerġija bejn il-politika attwali tal-UE u l-prattika - liema sinerġija tipprovdi l-opportunità biex l-UE tkompli tibni fuq u tikkonsolida t-titjib fil-prattika tal-OSH li sar f’dawn l-aħħar snin.

Niżżel ir-rapport tal-ġestjoni sħiħ tal-OSH ESENER-2 u s-sommarju

Ħarsa lejn l-istħarriġiet ESENER