You are here

Punti ewlenin
22/05/2018

Għodda elettronika ġdida mnedija: ibda vvaluta u ġġestixxi r-riskji ta' sustanzi perikolużi issa

Fost ir-riżorsi multipli tal-kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu 'l quddiem is-Saħħa 2018-19, l-għodda elettronika tal-EU-OSHA dwar is-sustanzi perikolużi u prodotti kimiċi għandha l-għan li tipprovdi lil intrapriżi bl-informazzjoni u bil-pariri li jkunu jeħtieġu biex jivvalutaw u jimmaniġġjaw il-perikli għas-saħħa u s-sigurta relatati. 

B'fokus fuq intrapriżi u kumpaniji ta' daqs żgħir u medju mingħajr għarfien speċifiku ta' sustanzi perikolużi, din il-gwida interattiva bbażata fuq il-web tipprovdi sfond imfassal apposta u faċli biex jinftiehem u informazzjoni ta' prattika tajba dwar ir-riskji, tikkettar, leġiżlazzjoni, miżuri ta' prevenzjoni u ħafna aktar.

Abbażi tal-kwestjonarju, sejra tiġġenera rapport adattat għal kull sitwazzjoni tan-negozju individwali dwar l-immaniġġjar ta’ sustanzi perikolużi, inkluż rakkomandazzjonijiet għal titjib. L-għodda elettronika issa hija disponibbli bl-Ingliż u l-verżjonijiet ta' pajjiżi differenti sejrin isegwu aktar tard din is-sena.

Esplora l-għodda elettronika dwar is-Sustanzi Perikolużi

Żur it-taqsima tas-sit web tagħna dwar sustanzi perikolużi