Punti ewlenin
22/01/2019

Data ġdida dwar l-esponiment għal sustanzi perikolużi fuq il-post tax-xogħol

Din il-pubblikazzjoni tiddeskrivi l-iżvilupp ta’ metodi ġodda għall-valutazzjoni tan-numru ta’ ħaddiema esposti għal sustanzi perikolużi fl-UE u l-firxa ta’ dik l-esponiment. L-istudju kellu l-għan li jidentifika s-sustanzi u s-setturi li huma tal-akbar riskju għall-ħaddiema, filwaqt li eżamina x-xejriet matul iż-żminijiet.

L-għan ma kienx biss li tingħata ħarsa ġenerali lejn l-użu ta’ sustanzi perikolużi iżda wkoll li tinħoloq metodoloġija li tista’ terġa’ tintuża biex tissorvelja x-xejriet u l-iżviluppi futuri.

Aqra s-sommarju tar-rapport

Sib ir-rapport kollu fuq OSHwiki

Ara l-preżentazzjoni tal-PowerPoint

Żur is-sit web Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużi