L-aħħar film ta’ Napo jindirizza kwistjoni taħraq

Image

© EU-OSHA

Film ġdid ta’ Napo jitfa’ l-attenzjoni fuq ir-riskju ta’ nirien u splużjoni fuq il-post tax-xogħol, u l-miżuri li jistgħu jittieħdu biex jitnaqqsu r-riskji. 

Biex in-nar jibda jew ikun hemm splużjoni, huma meħtieġa tliet elementi: sustanza fjammabbli (fjuwil), arja (ossiġnu), u sors ta’ tqabbid (sħana). U kwistjoni fundamentali fil-ġestjoni tar-riskju hija l-ħtieġa għal valutazzjoni tar-riskju robusta

Ingħaqad ma’ Napo, il-Boss u l-kollegi fuq vjaġġ ieħor mimli umoriżmu waqt li jiggwidawna permezz tar-regoli bażiċi għall-protezzjoni kontra n-nirien u l-isplużjoni u tgħallem kif tindirizza sitwazzjonijiet riskjużi u liema miżuri preventivi għandhom jiġu applikati. 

Napo jaf x’għandu jagħmel f’kull xenarju? Huwa u l-kollegi tiegħu jirreaġixxu bil-mod it-tajjeb? L-organizzazzjoni tiegħu hija ppreparata kontra r-riskju ta’ nar ta’ splużjoni?

Ara u ikkondividi l-film il-ġdid Napo fi... twissija kontra n-nirien biex tiskopri t-tweġibiet u għinna nippromwovu s-sigurtà bi tbissima.