Punti ewlenin
31/03/2020

Napo jilħaq livelli ġodda

Image: napofilm.net

Il-produzzjoni l-aktar reċenti mill-Konsorzju ta’ Napo titfa’ ħarsitha fuq ix-xogħol fl-għoli.

B’ħafna mill-umur tipiku tiegħu, Napo...xogħol fl-għoli jittratta l-kwistjonijiet il-kbar li jvarjaw mill-valutazzjoni tar-riskju u t-taħriġ għall-prevenzjoni tal-waqgħat u soluzzjonijiet alternattivi. Ix-xeni jkopru varjetà ta’ okkupazzjonijiet u sitwazzjonijiet differenti fuq il-post tax-xogħol fejn ir-riskju li wieħed jaqa’ mill-għoli huwa problema.

Iċċekkja Napo...xogħol fl-għoli l-ġdid

U tinsiex tagħti titwila lejn il-katalgu bix-xogħlijiet preċedenti ta’ Napo, il-film “Napo...sigur fuq is-sit” dwar l-industrija tal-kostruzzjoni għandu wkoll xeni dwar din il-kwistjoni.