Punti ewlenin
15/04/2019

Napo jippromwovi r-regoli tad-deheb dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

Hawnhekk jidħol Napo biex jgħin jippromwovi s-’7 regoli tad-deheb - għal żero inċidenti u xogħol b’saħħtu’ tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Sigurtà Soċjali (ISSA). Ir-regoli jagħmlu parti mill-kampanja globali Viżjoni Żero, dik li tappoġġja l-EU-OSHA.

Napo u l-kollegi jidhru jippromwovu kull waħda mis-seba’ regoli b’mod divertenti f’vidjo qasir. Ir-regoli jibdew minn fuq b’impenn tat-tmexxija u jinżlu ’l isfel għat-titjib tal-kwalifiki tal-ħaddiema u l-investiment fin-nies.

Ara l-filmati ta’ Napo dwar ir-regola tad-deheb ta’ Viżjoni Żero

Żur is-sit web tal-kampanja globali Viżjoni Żero

Żur is-sit web ta’ Napo biex tara films oħra dwar is-saħħa u s-sigurtà u okkupazzjonali