Punti ewlenin
24/07/2019

Napo - L-ambaxxatur tal-Ewropa għal postijiet tax-xogħol li jġibu ’l quddiem is-saħħa

Napo huwa huwa l-eroj f’serje ta’ films qosra animati dwar suġġetti importanti tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali (OSH), prodotti mill- Konsorzju Napo. Il-films huma divertenti iżda jqanqlu l-ħsieb u l-messaġġi tagħhom huma serji.

Napo u l-kollegi tiegħu jikkomunikaw b’lingwa li ma tużax kliem. Dan ifisser li l-films jistgħu jilħqu nies ta’ kull età u ta’ kulturi differenti fl-Ewropa kollha u jistgħu jgħinu biex iwasslu l-messaġġi tal-OSH.

Bħala l-promotur tal-OSH, Napo ilu l-ambaxxatur tal-EU-OSHA għall-postijiet tax-xogħol li jġibu ’l quddiem is-saħħa għal aktar minn 20 sena.

Tgħallem aktar dwar Napo u l-films u prodotti oħra fil-fuljett tagħna ‘Napo - Sigurtà bi tbissima’

Żur is-sit web ta’ Napo biex tniżżel u tara l-films