
Punti ewlenin
Back to highlightsEjjew nitkellmu dwar is-saħħa muskoloskeletali: ninvolvu ruħna ma’ maniġers u ħaddiema (futuri)

Photo by Adam Winger on Unsplash
Sessjonijiet ta’ taħriġ u diskussjonijiet fi grupp fuq ix-xogħol jew f-l-edukazzjoni vokazzjonali se jibbenefikaw minn dan il-bidu prattiku ta’ konverżazzjoni dwar id-disturbi muskoloskeletali. Permezz ta’ xenarji ta’ postijiet tax-xogħol relatati (bħal kura tax-xagħar u tħaddim bil-magni), huma jesploraw suġġetti ta’ kuljum bħall-effett li ħaddiem joqgħod bilwieqfa għal ħafna sigħat, jew tqandil ta’ tagħbijiet tqal. Huma jagħtu suġġerimenti prattiċi dwar il-prevenzjoni ta’ disturbi muskoloskeletali (MSDs), u pariri kemm għall-maniġers kif ukoll għall-ħaddiema għal kommunikazzjoni fil-waqt u effettiva dwar is-saħħa muskoloskeletali.
Napo fuq il-post tax-xogħol – nifhmu l-MSDs juża vidjos qosra, u pjaċevoli bħala punt ta’ tluq għal diskussjoni, bi gwida permezz ta’ sessjonijiet strutturati ta’ attività.
L-għodod u l-bażijiet tad-data ta’ riżorsi fihom gwida, studji ta’ każijiet u materjal viżwali għall-edukazzjoni u l-ħaddiema żgħażagħ
Ara r-riżorsi kollha dwar is-saħħa muskoloskeletali għal ġenerazzjonijiet futuri