Il-ġestjoni tal-OSH fis-setturi tas-servizzi relatati mal-akkomodazzjoni u mal-ikel

Image

© shorex.koss - stock.adobe.com

L-attivitajiet tas-servizzi tal-akkomodazzjoni u tal-ikel huma setturi essenzjali għall-ekonomija tal-UE, u 98% ta’ dawn il-kumpaniji huma mikrointrapriżi mmexxija minn familji.

Ir-riskji tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) fis-settur huma abbundanti: minn movimenti ripetittivi tal-idejn jew tad-dirgħajn, żliq, tfixkil u waqgħat, u r-riskji ta’ aċċidenti b’magni għal riskji psikosoċjali assoċjati mat-trattament tal-klijenti u skadenzi stretti. Il-valutazzjonijiet regolari tar-riskju li jitwettqu f’dan is-settur huma kemxejn taħt il-medja tal-UE, iżda ċ-ċifri jvarjaw ħafna bejn Stat Membru u ieħor.

L-Istħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER) tal-EU-OSHA indirizza l-kwistjoni u studja kif l-organizzazzjonijiet Ewropej jiġġestixxu r-riskji tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fis-settur tal-attivitajiet tas-servizzi tal-akkomodazzjoni u tal-ikel.

Ir-rapport jippreżenta analiżi fil-fond tas-sejbiet tal-ESENER għas-settur, kif ukoll stħarriġ tal-letteratura u intervisti mas-sħab soċjali settorjali. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, ir-rapport jinkludi miżuri speċifiċi għas-settur biex isir titjib fil-ġestjoni tar-riskju fis-servizzi tal-akkomodazzjoni u tal-ikel, l-indikaturi ta’ politika, kif ukoll analiżi tal-impatt tal-Covid-19.

Ara r-rapport u s-sommarju Attivitajiet tas-servizzi tal-akkomodazzjoni u tal-ikel - Evidenza minn ESENER u flyer biex issir taf aktar dwar l-istħarriġ.

U l-proġett tal-OiRA tagħna għandu xi 25 għodda ta’ valutazzjoni tar-riskju online għas-settur tal-HORECA.