You are here

Punti ewlenin
09/05/2018

Ejja niċċelebraw Jum l-Ewropa fid-9 ta’ Mejju

Jum l-Ewropa li jsir kull sena fid-9 ta’ Mejju jimmarka l-anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta’ Schuman u l-bidu storiku ta’ dik li llum hija l-Unjoni Ewropea. F’dan il-jum jiġu wkoll iċċelebrati l-paċi u l-għaqda fl-Ewropa.

Bl-iffokar fuq is-Sena Ewropea għall-Wirt Kulturali, din is-sena l-istituzzjonijiet tal-UE jiftħu l-bibien tagħhom għall-pubbliku u l-uffiċċji tal-UE fl-Ewropa u mad-dinja kollha jorganizzaw varjetà ta’ żjarat, dibattiti, kunċerti u avvenimenti oħrajn sabiex titqajjem is-sensibilizzazjoni dwar l-UE.

Il-missjoni tal-EU-OSHA fl-UE hija li taħdem biex tagħmel il-postijiet tax-xogħol Ewropej aktar siguri, iġibu s-saħħa aktar ’l quddiem u jsiru aktar produttivi. Sabiex din is-sena timmarka Jum l-Ewropa fil-livell lokali, l-EU-OSHA torganizza vjaġġ bit-tren tul it-toroq ta’ Bilbao, sabiex tqajjem sensibilizzazzjoni dwar is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol u tqassam informazzjoni dwar l-Ewropa u l-kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużi b’kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet lokali.

Ingħaqad fiċ-ċelebrazzjonijiet fl-UE kollha u ara l-vidjo li kien rilaxxat mill-Aġenziji tal-UE biex juru l-kontribut tagħhom liċ-ċittadini tal-UE

Jum l-Ewropa f’Bilbao