Punti ewlenin
Lura għall-punti ewleninGħidilna x’taħseb? Tnedija ta’ stħarriġ ġdid tal-EU-OSHA għall-partijiet ikkonċernati
Image
Dan l-istħarriġ huwa opportunità għall-partijiet ikkonċernati u għall-utenti tal-ħidma tal-Aġenzija biex jagħtu feedback dwar l-organizzazzjoni tagħna u l-attivitajiet tagħha. Il-feedback tiegħek se jgħinna mmexxu l-isforzi tagħna u ntejbu r-rilevanza u l-utilità tax-xogħol tagħna. Bi strateġija korporattiva ġdida ppjanata, ir-riżultati mill-istħarriġ se jservu wkoll bħala kontribut għat-tħejjija tiegħu.
L-istħarriġ jitwettaq mill-ICF S.A. f’isem l-EU-OSHA u l-kontribut jibqa’ kompletament anonimu. Dan jibda mill-20 ta’ Frar sal-27 ta’ Marzu u jieħu madwar 15-il minuta biex jiġi kkompletat.
Biex tipparteċipa, jekk jogħġbok ikklikkja hawnhekk.