Punti ewlenin
03/10/2019

Lesti ruħek għas-Summit dwar il-l-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa tal-2019!

Fit-12 u fit-13 ta’ Novembru f’Bilbao, l-EU-OSHA u s-sħab u s-sostenituri l-aktar attivi tagħha se jiċċelebraw it-tmiem b’suċċess tal-Kampanja 2018-19 Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużi.

Din hija l-aħħar darba matul din il-kampanja li l-esperti u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet Ewropej ewlenin se jikkondividu l-esperjenzi u jenfasizzaw prattiki tajbin għall-promozzjoni tal-prevenzjoni tal-esponiment għas-sustanzi perikolużi fuq ix-xogħol u l-ġestjoni sigura ta’ dawn is-sustanzi.

Is-Summit se jipprovdi wkoll opportunità biex jiġu ċċelebrati r-Rebbieħa tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa - għaxar organizzazzjonijiet ippremjati u mfaħħra minn ġurija internazzjonali indipendenti għall-mod proattiv u sostenibbli li bih immaniġġjaw is-sustanzi perikolużi fuq il-post tax-xogħol.  

Kun af aktar dwar is-Summit dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 

Sir af min huma s-sħab uffiċjali tal-kampanja tagħna

#EUOSHASummit