You are here

Punti ewlenin
21/03/2018

Qed toqrob it-tnedija tal-Kampanja dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 2018-2019

Is-sustanzi perikolużi jibqgħu kwistjoni maġġuri ta’ sigurtà u ta’ saħħa li taffettwa miljuni ta’ ħaddiema fl-Ewropa. Iżda l-firxa ta’ dan l-esponiment u r-riskji assoċjati ta’ spiss jiġu sottovalutati jew injorati.

Il-kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużi tal-EU-OSHA li ġejja tisfida kunċetti żbaljati komuni, tqajjem sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji u xxerred prattika tajba u riżorsi għall-ġestjoni effettiva ta’ sustanzi perikolużi fuq il-post tax-xogħol.

Il-kampanja se titnieda fl-24.04.2018 u tinvolvi mijiet ta’ msieħba, fosthom in-netwerk tripartitiku tagħna magħmula mill-gvernijiet, mir-rappreżentati tal-ħaddiema u l-impjegaturi.

Niżżel il-gwida għall-kampanja, fuljett, kartellun u l-PPT minn https://healthy-workplaces.eu/