Punti ewlenin
09/10/2019

Kif nistgħu nipproteġu lill-ħaddiema vulnerabbli mis-sustanzi perikolużi?

Xi gruppi ta’ ħaddiema jkunu f’riskju aktar minn oħrajn meta esposti għal sustanzi perikolużi. Dan jista’ jiġri minħabba li xi ħaddiema ma jkollhomx esperjenza, ma jkunux informati jew fiżikament ikunu aktar vulnerabbli. Raġunijiet oħra jinkludu tibdil frekwenti ta’ impjiegi, jew il-fatt li jkunu jaħdmu f’setturi fejn is-sensibilizzazzjoni tkun baxxa, jew inkella minħabba sensittività fiżjoloġika akbar jew differenti.

L-iskeda informattiva l-ġdida tal-EU-OSHA dwar ħaddiema vulnerabbli u sustanzi perikolużi tista’ tgħin. Din tispjega r-responsabbiltajiet tal-impjegaturi, tenfasizza liema gruppi ta’ ħaddiema huma partikolarment vulnerabbli, bħall-ħaddiema żgħażagħ, migranti jew ħaddiema tqal - u tispjega kif għandhom jitqiesu l-bżonnijiet tagħhom permezz ta’valutazzjoni tar-riskju u miżuri preventivi.

Aqra l-iskeda informattiva

Żur is-sit web tal-Kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 

Sir af aktar dwar gruppi ta’ ħaddiema li jkunu qegħdin f’riskju