You are here

Punti ewlenin
09/08/2018

Analiżi konġunta tal-OSH ta’ tliet stħarriġiet maġġuri disponibbli f’diversi lingwi tal-UE

Is-sejbiet ewlenin ta’ analiżi konġunta tat-tieni Stħarriġ Ewropew ta’ Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER-2) mill-EU-OSHA, il-modulu ad hoc tal-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol (LFS) 2013 dwar inċidenti fuq ix-xogħol u problemi oħra ta’ saħħa relatati max-xogħol mill-Eurostat, u s-Sitt Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol (EWCS) mill-Eurofound, huma disponibbli f’diversi lingwi.

Bl-għan li jkun hemm ħarsa ġenerali komprensiva tal-istat tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali (OSH) fl-Ewropa, l-istudju jikkombina l-perspettivi ta’ stabbilimenti dwar il-ġestjoni tar-riskju u s-sensibilizzazzjoni tar-riskju min-naħa waħda, u tal-ħaddiema dwar l-esponiment għar-riskji u l-eżiti tal-OSH min-naħa l-oħra.

Sib il-verżjonijiet lingwistiċi disponibbli tas-sommarju eżekuttiv dwar ‘Health and safety risks at the workplace: a joint analysis of three major surveys’ (‘Riskji ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol: analiżi konġunta ta’ tliet stħarriġiet maġġuri’).