Wisq sħana biex taħdem? Staqsi lil Napo kif tegħleb l-istress mis-sħana!

Image

© napofilm.net

It-tibdil fil-klima diġà huwa realtà u l-ambjent tax-xogħol u s-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema jistgħu jiġu kompromessi.

Il-ħaddiema f’ħafna setturi jistgħu jiġu affettwati minn żieda fit-temperaturi ambjentali, li tirriżulta fi stress mis-sħana; dawk l-aktar f’riskju huma ħaddiema ta’ barra fl-agrikoltura jew fil-kostruzzjoni, għalkemm il-ħaddiema ta’ ġewwa jistgħu jkunu f’riskju wkoll.

Il-filmat il-ġdid Napo fi... Wisq sħana biex taħdem! fl-istil umoristiku tas-soltu jagħtina ħjiel ta’ x’għandu jsir biex jiġi kkontrollat l-istress mis-sħana fuq il-post tax-xogħol u jiġu protetti l-ħaddiema, bħall-adattament tas-sigħat tax-xogħol, iż-żieda fl-idratazzjoni, il-protezzjoni mix-xemx, eċċ.

L-EU-OSHA ppubblikat ukoll It-tisħin fuq il-post tax-xogħol – Gwida għall-postijiet tax-xogħol li tipprovdi gwida prattika dwar kif jiġu ġestiti r-riskji assoċjati mal-ħidma fis-sħana.

Ejjew inżommu ruħna friski u negħlbu l-istress mis-sħana fuq il-post tax-xogħol, bi ftit għajnuna mill-ħabib divertenti tagħna Napo fi... Wisq sħana biex taħdem!