You are here

Punti ewlenin
11/08/2017

Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ: L-EU-OSHA tippromwovi postijiet tax-xogħol li jġibu 'l quddiem is-saħħa għall-ħaddiema żgħażagħ

Il-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ, li se jsir fit-12 ta' Awwissu 2017, jenfasizza l-isfidi li jaffaċċjaw iż-żgħażagħ mad-dinja kollha.

Iż-żgħażagħ, ta' bejn it-18 u l-24 sena, huma partikolarment vulnerabbli għall-perikli fuq il-post tax-xogħol b’rata ta’ 40 % ogħla ta’ aċċidenti mhux fatali minn ħaddiema akbar fl-età fis-setturi kollha. L-EU-OSHA hija impenjata li tindirizza dan il-fatt, u, bħala parti minn dan l-impenn, il-kampanja 2016-17 tippromwovi postijiet tax-xogħol li jieħdu ħsieb is-saħħa f’kull età.

Sabiex issir taf kif tipproteġi lil ħaddiema żgħażagħ, agħti ħarsa lejn ir-riżorsi tagħna għall-impjegaturi, ħaddiema żgħażagħ, għalliema u ġenituri.

Agħti ħarsa lejn it-taqsima tagħna dwar il-ħaddiema żgħażagħ

Skopri aktar dwar ir-riskji speċifiċi li jaffaċċjaw il-ħaddiema żgħażagħ f’OSHwiki

Skopri aktar dwar il-kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jieħdu Ħsieb is-Saħħa f’Kull Età