Punti ewlenin
12/08/2019

Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ 2019: It-trasformazzjoni tal-edukazzjoni tfisser postijiet tax-xogħol aktar sikuri

photo: greenspc via pixabay.com 

Nittrasformaw l-edukazzjoni hija t-tema tal-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ 2019.

Dan il-jum jiġi mfakkar ta' kull sena fit-12 ta’ Awwissu, u l-għan tiegħu huwa li joħloq kuxjenza madwar id-dinja dwar l-isfidi li jiffaċċjaw il-ġenerazzjonijiet żgħażagħ.

Kull sena, madwar 120 miljun żagħżugħ u żagħżugħa jilħqu l-età tax-xogħol. It-trawwim ta' kultura ta’ postijiet tax-xogħol li jġibu 'l quddiem is-saħħa u l-investiment fil-kompetenzi tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema żgħażagħ huma prerekwiżiti essenzjali għall-ħajjiet tax-xogħol sostenibbli tagħhom. L-EU-OSHA hija impenjata biex tappoġġja dawn il-proċessi billi tipprovdi għarfien dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) imfassal apposta għaż-żgħażagħ u għall-għalliema tagħhom, u li tikkampanja għal Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu fis-setturi u fin-negozji kollha.

Agħti ħarsa lejn it-taqsima tagħna dwar il-ħaddiema żgħażagħ

Aqra s-sommarju tal-aħħar seminar li kien iddedikat għas-saħħa muskuloskeletali fit-tfal u l-ħaddiema żgħażagħ

Napo jgħallem is-sigurtà u s-saħħa bi tbissima – ibbrawżja l-films tiegħu li fil-mira tagħhom għandhom il-ħaddiema żgħażagħ

Tgħallem aktar dwar it-tema u l-attivitajiet tal-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ ta’ din is-sena