Il-Jum Internazzjonali tan-Nisa: Il-postijiet tax-xogħol jistgħu jgħinu sabiex jiġu identifikati u jagħtu appoġġ l-vittmi ta’ vjolenza domestika

Image

© Jose - stock.adobe.com

F’dan t-8 ta’ Marzu, l-EU-OSHA tafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha favur id-dritt tan-nisa u l-bniet li jgħixu u jaħdmu mingħajr vjolenza kemm fuq livell online kif ukoll offline.

Aħna nappoġġaw l-appell tan-Nazzjonijiet Uniti għall-ġlieda kontra l-vjolenza fir-rigward tan-nisa fl-ispazji diġitali. L-adozzjoni ta’ approċċ għall-innovazzjoni u t-teknoloġija li żżid is-sensibilizzazzjoni tan-nisa dwar id-drittijiet tagħhom hija essenzjali.

Nieħdu din l-opportunità biex inniedu dokument ta’ diskussjoni dwar l-impatt tal-vjolenza domestika fuq il-post tax-xogħol. L-abbuż jaffettwa s-saħħa, il-benesseri u l-produttività tal-vittmi. Dan ta’ spiss iwassal għal tfixkil fil-karriera u jista’ jkollu wkoll impatt fuq il-ħaddiema u l-persuni li jimpjegawhom.

Il-pubblikazzjoni tagħna tippreżenta l-oqfsa ta’ politika tal-UE u dawk nazzjonali u toffri suġġerimenti konkreti dwar miżuri fuq il-post tax-xogħol għall-identifikazzjoni ta’ nisa f’riskju u l-appoġġ għas-superstiti.

Jekk tixtieq tkun taf aħjar dwar in-nisa u s-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol, iċċekkja s-sezzjoni tematika tagħna u l-artikoli tagħna tal-OSHWiki.