You are here

Punti ewlenin
08/03/2019

Jum Internazzjonali tan-Nisa: l-ugwaljanza bejn is-sessi fuq il-post tax-xogħol f’Ewropa aktar soċjali

Din is-sena, it-tema tal-Jum Internazzjonali tan-Nisa jiffoka fuq modi innovattivi għall-avvanz tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-awtonimizzazzjoni tan-nisa. Strateġiji effettivi biex jiġu ssodisfati tali għanijiet ta’ sfida huma marbutin mas-sensibilizzazzjoni tar-riskji tas-sigurtà u s-saħħa għan-nisa fuq il-post tax-xogħol u mal-investiment fi sforzi ulterjuri sabiex titneħħa d-disparità bejn is-sessi fl-impjiegi.  

Fil-qafas tal-Kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa 'Jimmaniġġjaw is-Sustanzi Perikolużi’ attwali tagħha, l-EU-OSHA qed tindirizza wkoll l-esponimenti għan-nisa fi professjonijiet ta’ servizzi u f’impjiegi tipikament għan-nisa.

Matul dawn l-aħħar ftit snin il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol żdiedet fl-Ewropa kollha, madankollu n-nisa x’aktarx li għadhom involuti wkoll fil-kura tat-tfal u tal-anzjani.

L-Inizjattiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja hija riżultat tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li tħeġġeġ kondiviżjoni aħjar tar-responsabbiltajiet tal-kura bejn in-nisa u l-irġiel. F’Jannar, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim proviżorju dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Direttiva ġdida dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja għall-ġenituri u għal persuni li jindukraw.

Kun af aktar dwar In-nisa u s-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol