Punti ewlenin
06/03/2020

Il-Jum Internazzjonali tan-Nisa u postijiet tax-xogħol ugwali bejn is-sessi għal kulħadd

© EU-OSHA /Courtesy of the Cypriot Department of Labour Inspection

It-8 ta’ Marzu joffri opportunità li ħadd m’għandu jitlef: jum li jiġi osservat kull sena madwar id-dinja, il-Jum huwa tfakkira b’saħħitha biex nibqgħu naħdmu qatigħ biex neliminaw l-isterjotipi bbażati fuq is-sess waqt li niċċelebraw il-kisbiet, il-kreattività u s-saħħa tan-nisa.

Il-Jum Internazzjonali tan-Nisa joħloq pjattaforma eċċezzjonali biex jiżdied l-għarfien dwar l-isfidi li jaffettwaw il-ħajjiet tan-nisa li jaħdmu. Din hija wkoll prijorità ewlenija inkorporata f’diversi attivitajiet ta’ riċerka tal-EU-OSHA. 

X’hemm aħjar minn issa biex tgħinna nagħmlu differenza pożittiva għan-nisa fuq il-post tax-xogħol?

Aqra l-pubblikazzjonijiet l-aktar reċenti tagħna dwar Ħaddiema vulnerabbli u sustanzi perikolużi u Esponiment għal aġenti bijoloġiċi u problemi ta’ saħħa relatati għal ħaddiema fil-kura tas-saħħa

Aqra aktar dwar in-nisa u s-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol

Kun involut u ċċelebra l-Jum Internazzjonali tan-Nisa 2020 - #EachforEqual