L-impatt tax-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali fuq il-ħaddiema tas-saħħa u tal-kura soċjali

Image

© Pixel-Shot - stock.adobe.com

Bħala impjegatur ta’ madwar 10 % tal-forza tax-xogħol totali f’ħafna pajjiżi tal-UE, is-settur tas-saħħa u l-kura soċjali qed jiffaċċja diversi sfidi ta’ saħħa u sikurezza okkupazzjonali (OSH).

Id-diġitalizzazzjoni u l-introduzzjoni tax-xogħol fuq il-pjattaformi ttrasformaw is-settur billi ħolqu riskji u opportunitajiet ġodda tal-OSH fir-rigward tal-benesseri fiżiku u psikosoċjali tal-ħaddiema.

L-aħħar dokument tagħna joffri fatturi essenzjali li għandhom jitqiegħdu fuq ir-radar ta’ dawk li jfasslu l-politika inkluża d-diversità tal-forza tax-xogħol, il-prevalenza tan-nisa (80 %), u firxa ta’ arranġamenti ta’ impjieg fis-settur.

Agħti ħarsa lejn is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet fid-dokument ta’ diskussjoni Digital platform work in the health and social care sector: implications for occupational safety and health (Xogħol fuq il-pjattaformi diġitali fis-settur tas-saħħa u l-kura soċjali: implikazzjonijiet għas-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali).

Tgħallem aktar dwar ix-xogħol fuq il-pjattaformi diġitali

Ara t-taqsima tematika tagħna dwar Is-saħħa u l-kura soċjali