Punti ewlenin
28/08/2019

Kif se jiġi affettwat il-futur tal-OSH minħabba żviluppi ġodda fuq il-post tax-xogħol: l-essoskeletri u l-innovazzjoni soċjali

Żewġ artikli ġodda li jittrattaw x’se jkunu l-bżonnijiet fil-futur jesploraw modi li bihom tista’ tintlaqat l-OSH permezz ta’ żviluppi ġodda fuq ix-xogħol: wieħed tekniku - l-użu tal-essoskeletri, jew tagħmir assistiv li jintlibes u ieħor mhux tekniku - l-innovazzjoni soċjali fuq il-post tax-xogħol.

In-natura tax-xogħol u l-organizzazzjoni tax-xogħol qed jinbidlu b'ritmu mgħaġġel, hekk kif it-teknoloġija qed tavvanza u l-ħiliet mitluba jinbidlu. Modi ġodda (mhux tekniċi) ta’ ħidma, bħall-forom ġodda ta’ organizzazzjoni u ta’ tmexxija, il-parteċipazzjoni u l-għoti tas-setgħa lill-impjegati, l-innovazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol, jikkontribwixxu għall-ħiliet tal-ħaddiema billi jipprovdu impjiegi ta’ kwalità tajba, il-benesseri soċjali u l-flessibbiltà f’termini ta’ fejn u meta jitwettaq ix-xogħol, u għaldaqstant jibdlu l-mod kif jinteraġixxu l-kollegi u jegħlbu l-ostakli organizzazzjonali. Teknoloġiji oħra jindirizzaw il-ħtiġijiet fiżiċi; l-essoskeletri, per eżempju, huma intiżi biex inaqqsu l-istrapazz fiżiku u jipprevjenu lill-ħaddiema milli jiżviluppaw disturbi muskoloskeletali.

Iżda hemm riskji assoċjati ma’ dawn l-iżviluppi u x’inhuma l-implikazzjonijiet għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol? Agħti titwila lejn l-artikli tagħna dwar x’se jkunu l-bżonnijiet fil-futur bies issir taf aktar.

Niżżel l-artiklu dwar x’se jkunu l-bżonnijiet fil-futur dwar l-innovazzjoni soċjali fuq il-post tax-xogħol

Aqra l-artiklu li jittrattaw x’se jkunu l-bżonnijiet fil-futur dwar l-użijiet emerġenti tal-essoskeletri

Agħti daqqa t’għajn lejn it-taqsima ddedikata għar-riskji emerġenti fis-sit web tal-EU-OSHA